Notifiki

Ma kellux bażi biex jinvestiga direct order biex tinkera l-lukanda

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler kkonkluda li ma kellux bażi sabiex jinvestiga l-użu ta’ direct order biex tinkera l-lukanda, b’mod partikolari meta wieħed iqis li direct orders huma permissibbli f’ċerti ċirkostanzi, u l-pajjiż kien f’sitwazzjoni ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika.

Huwa qal dan f’konklużjoni ta’ rapport fuq ilment ta’ Arnold Cassola meta l-Ministeru għal Għawdex keru lukanda privata li ntużat bħala dar tal-anzjani fil-bidu tal-pandemija Covid-19.

Ġie spjegat kif il-lukanda nkriet fl-2020 bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra l-pandemija COVID-19.

Cassola allega li l-kiri tal-lukanda sar b’mod abbużiv għaliex l-gvern kellu għad-dispożizzjoni tiegħu Lourdes Home li hija mmexxija mis-Sorijiet Dumnikani. Skont Cassola din kienet aktar adattata biex tintuża bħala dar għall-anzjani.

Madankollu, is-sorijiet giddbu l-ilment ta’ Cassola u qalu li Lourdes Home ma kinitx adegwata bħala dar għall-anzjani u ma kinux disposti li joffruha għal dan il-għan.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan cassola jidher li ma ghandu xjghamel xejn.Mhux ahjar imur litalja biex jurihom kif iridu jmexxu.Iddahaqx izjed nies bdawn il kummidji.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend