Franza ddaħħal is-sistema ta’ ċertifikat tal-vaċċin fuq livell lokali

Fid-dawl ta’ żieda fil-każijiet pożittivi, Franza introduċiet ċertifikat tal-vaċċin li jista’ jintuża fuq livell lokali.

Mil-lum, il-poplu Franċiż irid ikollu prova li huwa mlaqqam kompletament jew test negattiv tal-Coronavirus biex jidħol f’diversi mużewijiet u ċ-ċinema.

Il-Parlament mistenni wkoll jiddibatti biex l-istess miżura tibda tgħodd għall-kafiteriji, ristoranti u anke stabbilimenti tax-xiri.

Dan kollu tħabbar ukoll l-għada li Franza rreġostrat tmintax-il elf każ ġdid ta’ Covid-19.

Aktar kmieni dan ix-xahar il-President Franċiż kien ħabbra li l-ħaddiema kollha tas-saħħa jridu jitlaqqmu bilfors, ħaġa li wasslet ukoll għal protesti minn bosta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend