Notifiki

BĦALISSA FIŻ-ŻEJTUN: Mill-ġdid konkorrenza għat-tilqim fil-komunità

Bosta rħewlha għaż-Żejtun biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 fil-klinika mobbli li ntramat apposta fil-pjazza fejn il-Knisja.

Ritratti ta’ ONE News jixhdu kif reġa’ hemm konkorrenza għat-tilqim fl-irħula hekk kif mit-Tnejn li għadda beda t-tilqim mingħajr appuntament u anki klinika li ddur minn post għall-ieħor qed tmur fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż.

Nhar it-Tnejn kważi 2,500 ruħ tlaqqmu kontra l-Covid-19 f’jum li din il-klinika kellha tkun miftuħa sa nofsinhar iżda baqgħet toffri servizz minħabba d-domanda qawwija.

Pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ tilqim kontra l-Coronavirus fosthom anki fost etajiet żgħar.

Malta diġà laqqmet kompletament kontra l-Coronavirus aktar minn 80% tal-popolazzjoni adulta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend