Notifiki

Argument mal-ġar iwasslu l-Qorti fuq droga

Carlos Camilleri ta’ 42 sena mill-Marsa ingħata sentenza sospiża wara li l-pulizija sabitlu d-droga u ponn tal-ħadid f’dahru wara argument li kellu mal-ġar tiegħu.

Dan wara li huwa ħareġ bil-ponn tal-ħadid għall-ġar tiegħu u sussegwentament il-pulizija sabet 142 gramma ta’ kannabis u ammont żgħir ta’ eroina u kokaina.

L-akkużat wieġeb ħati u l-Qorti tagħtu sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend