1,824 persuna marru jieħdu l-vaċċin fil-klinika mobbli li llum kienet iż-Żejtun

Fil-klinika mobbli li tul il-jum kienet iż-Żejtun, 1,824 persuna marru biex jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19.

Din il-klinika mobbli bdiet topera t-Tnejn li għadda fil-Mosta u llum marret fil-lokalità taż-Żejtun.

Min imur biex jieħu l-vaċċin hawnhekk m’għandux bżonn appuntament u jrid jieħu biss mezz ta’ identifikazzjoni, bħal karta tal-identità jew kont tad-dawl għall-barranin li jgħixu Malta.

Tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena li jmorru jitlaqqmu fil-klinika mobbli jridu jkunu akkumpanjati minn ġenitur li jagħti l-kunsens għat-tilqima.

Nhar il-Ġimgħa, il-klinika mobbli se tkun f’San Ġiljan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend