Tintlaqa’ b’mod pożittiv l-estensjoni fis-servizzi taċ-childcare

Kienu bosta li laqgħu b’mod pożittiv l-aħbar li minn Ottubru li ġej, bi prova ser ikun qed jiġi estiż is-servizz tal-Gvern taċ-childcare f’sitt ċentri differenti. Jum biss wara li tħabbru l-estensjonijiet fil-ħinijiet tal-ftuħ, id-Direttur tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joseph Farrugia stqarr kif din hija neċessità li ser tkun qed tgħin lil għexieren ta’ ġenituri li qed jippruvaw imantnu l-karrieri tagħhom filwaqt li qed irabbu.

Huwa stqarr: “Jiena naħseb dan huwa pass tajjeb u hija prova li naħseb għandha titkompla ‘l quddiem ukoll. Tinkoraġixxi nies joħorġu jaħdmu iktar, tinkoraġixxi wkoll familji li jkunu kapaċi jimmaniġjaw il-ħin tagħhom iktar f’dak illi jirrigwardja l-kura tat-tfal.”

ONE News tkellem ukoll ma’ direttur tal-kumpanija privata, Denise Xuereb, li wkoll stqarret kif din l-inizjattiva hija waħda pożittiva ferm għal kull min jaħdem ħinijiet itwal mill-ħinijiet li fihom it-tfal is-soltu jkunu l-iskola.

Id-Direttur ta’ kumpanija involuta fost oħrajn fil-qasam tal-ospitalità Denise Xuereb, qalet kif dan l-inċentiv mhux pożittiv biss għall-ġenituri ħaddiema iżda wkoll għal min iħaddem.

Dan speċjalment għal setturi fejn ir-remote working ma jkunx daqstant possibbli.

Hija qaltilna, “Illum il-ġurnata mdorrijin bir-‘remote working’ ovvjament bħal ma jiena qiegħda għal din l-intervista, imma mhux dejjem huwa possibli speċjalment f’industriji bħal ma għandna aħna partikolarment bħala kumpanija fejn għandek l-industrija tat-turiżmu, is-saħħa, jiġifieri dawk huma industriji li trid tkun fiżikament fuq il-post. Allura int trid tkun moħħok mistrieħ li int għandek it-tfal tiegħek qed jiġu cared for in the best possible way anke meta inti għandek bżonn tidħol is-Sibt jew testendi ftit is-siegħat matul il-ġimgħa.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend