Tiċħad it-talba kontra Università fl-Amerika talli qed titlob lill-istudenti biex jitlaqqmu

Ġiet miċħuda t-talba ta’ tmien studenti li jattendu l-Università ta’ Indiana fl-Amerika hekk kif fetħu kawża kontra l-Università talli skonthom qed iġġagħlhom jieħdu l-vaċċin.

L-istudenti argumentaw illi l-Università qed tikser fost oħrajn dritt kostituzzjonali tagħhom tal-libertà.

Iżda, l-imħallef tenna li l-Università qed tħallihom fil-libertà li jagħżlu: li jieħdu l-vaċċin, li japplikaw għal eżenzjoni medika, li ma jattendux għal semestru  jew li jattendu f’università oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend