Notifiki

Preżentazzjoni tal-ktieb ‘Soċjetà Ġusta Għal Żminijietna’ lill-Ispeaker Anġlu Farrugia

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lis-Sur Godwin Saliba u lis-Sur Joe Rossi, il-Koordinatur u s-Segretarju, rispettivament, tas-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika Maltija, li ppreżentawlu l-ktieb ‘Soċjetà Ġusta Għal Żminijietna’.

Din il-pubblikazzjoni tiġbor fiha diversi diskorsi u konklużjonijiet li saru waqt konferenza organizzata mill-istess Segretarjat Assistenza Soċjali.

L-Ispeaker Farrugia rringrazzja lis-Sur Saliba u lis-Sur Rossi u faħħarhom għall-ħidma li qed tagħmel din l-għaqda f’pajjżna f’dik li hi għajnuna lil min hu fil-bżonn u lil min ikun qed iħabbat wiċċu ma’ diffikultà fis-soċjetà tagħna. Waqt il-laqgħa saret referenza wkoll għas-sehem li jagħti s-Segretarjat Assistenza Soċjali għal soċjetà aktar ġusta minn kull aspett, għaliex b’mod dirett jew indirett kull aspett finalment jaf ikollu effett fuq l-istess soċjetà li ngħixu fiha.

Ritratt: SPK

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend