Konferenza ġenerali tal-PL fi sfond tal-mitt idea

F’Manoel Island nhar il-Ġimgħa se tkun qed titlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li tagħlaq bl-indirizz tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.

Din il-Konferenza Ġenerali se tkun qed titlaqqa’ fl-isfond tal-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni li xpruna l-Partit Laburista permezz tal-Mitt Idea.

Fil-fatt propju nhar il-Ġimgħa li għadda, waqt business breakfast organizzat mill-Partit Laburista, il-Prim Ministru għadda messaġġ li fih għamel enfasi fuq it-tiġdid mhux biss fl-istrutturi tal-partit iżda anki fil-ħsieb.

Id-dokument Mitt Idea issa jinsab għall-konsultazzjoni u jippreżenta proposti f’għaxar oqsma.

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li din il-Konferenza Ġenerali hija importanti għall-Partit Laburista li jinsab fil-Gvern iżda qed iħares ’il quddiem fil-proġett politiku tiegħu.

Huwa spjega: “Hija konferenza importanti għaliex ilna biex nagħmluha u hemm affarijiet pendent, inkluż riformi fl-istatut, inkluż affarijiet relatati ma’ skadenizi tal-Kummissjoni Elettorali imma iktar minn hekk hija konferenza li ħa tibgħat messaġġ politiku anki fl-isfond tal-eżerċizzju tal-mitt idea bħala direzzjoni ’l quddiem, aħna bħala partit minkejja li qiegħed fil-Gvern huwa partit li huwa ffukkat fuq il-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż.”

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista saħaq li l-Konferenza Ġenerali se tkun qed issir skont protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Huwa sotna: “Nixtieq nibgħat messaġġ ovvjament lil kull min isegwina li ħa nkunu qed insegwu protokolli stretti konformi mar-regolamenti u l-liġijiet tas-saħħa sabiex nissavalgwardjaw is-saħħa pubblika.”

Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista se tkun qed tixxandar fuq dan l-istazzjon.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend