AĠĠORNAT: Tifel ta’ sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular u nofs fil-Mellieħa

Tifel ta’ sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u  nofs minn tieqa fi blokka t’appartamenti fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, fi Triq ir-Rattan.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lit-tifel, u aktar tard ħa lit-tifel l-Isptar Mater permezz t’ambulanza għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li lPulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend