Minkejja r-riefnu kellna tmiem il-ġimgħa mingħajr inċidenti fil-baħar

Kollox mexa ħarir fi tmiem il-ġimgħa li għadda, hekk kif ir-riħ fuq pajjiżna nefaħ b’forza sebgħa tant illi s-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar ħarġet twissjiet biex il-pubbliku jevita ċertu bajijiet f’pajjiżna li ma kinux siguri għall-għawm.

Fil-jum tat-Tnejn fil-bajja ta’ Fra Ben quddiem baħar kalm, tkellimna mal-manager li jieħu ħsieb l-operat tas-soċjetà fejn tenna li l-pubbliku kkopera mat-twissijiet li nħarġu minnha.

L-Operations Manager tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar, Ryan Tuck, stqarr, “There were minimal incidents reported so we would like to thank the public for their cooperation in getting through the weekend relatively safely.”

Apparti l-avviż li joħroġ fuq il-mezzi soċjali, il-ħaddiema tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar ttella’ l-bnadar skont is-sitwazzjoni fil-bajja u anke ‘l barra mix-xatt.

Il-bandiera l-ħadra tfisser li l-bajja hija sigura għall-għawm, is-safra tfisser li r-riskju huwa medju u l-ħamra tkun twissija biex ma jsirx għawm, iżda fi tmiem il-ġimgħa, numru ta’ bajjiet fil-Punent tal-pajjiż tajjru żewġt ibnadar ħomor. Jiġifieri twissija ta’ periklu massimu.

Ryan Tuck semma wkoll avviż ieħor għall-ġenituri, li meta jkun ir-riħ b’mod speċjali li jkun qed jonfoħ ’il barra, ma jħallux lil uliedhom waħidhom fuq lilos.

Hu rrimarka, “Parents of small children to keep in mind is especially when the ares the wind is blowing especially off-shore, you have young children that are making use of inflatables and the wind can easly blow them off-shore.”

Il-kalma fit-temp mhux dejjem tfisser sigurtà, għaliex ġieli l-kurrenti fil-baħar ikunu perikolużi xorta waħda.

Tuck spjega, “We have incidents that although it may look calm above the water, underneath the water you have currents which are dangerous currents. We try to mark those areas with flags and we tell the public to please avoid those areas as it looks calm on top and the minute they go in, they find themselves in difficulty very quickly.”

Għalhekk, meta tkun qed tgħum f’bajja ħu ħsieb li ssegwi t-twissijiet tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar biex tieħu gost mingħajr periklu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend