Fir-Renju Unit: Jispiċċawlhom ir-rapid tests fil-jum li neħħew ir-restrizzjonijiet relatati mal-Covid-19

Brittaniċi ma jistgħux jordnaw iktar testijiet għall-Covid-19 wara li r-riżorsi spiċċaw propju fil-jum li l-Ingilterra neħħew ir-restrizzjonijiet kollha relatati mal-Covid-19.

Nies li ppruvaw jordnaw dawn it-testijiet minn fuq il-website tal-Gvern bdew isibu l-kliem “Come back tomorrow” (Erġa’ ejja għada) ma’ wiċċhom.

Jingħad li dawn it-testijiet kienu t’għajnuna biex iżommu lin-nies siguri matul il-pandemija hekk kif dan it-tagħmir jirnexxielu jintraċċa l-Covid-19 fi 30 minuta.

Il-Brittaniċi kienu ngħataw il-parir biex jagħmlu żewġ testijiet fil-ġimgħa hekk kif il-pajjiż beda jirrilaxxa aktar miżuri.

Minkejja dan, fil-ġurnata tat-Tnejn, minn kmieni waranofsinhar il-website tal-Gvern informa lill-pubbliku li ma setgħux jordnaw iktar testijiet.

Il-website tal-Gvern Ingliż iħalli nies mill-Ingilterra, mill-iSkozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq jordnaw testijiet iġifieri n-nies minn dawn il-pajjiżi kollha spiċċaw b’idhom f’idhom għaliex ma setgħux jordnaw iktar testijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend