AĠĠORNAT: Se jibqa’ miftuħ sa waranofsinhar minħabba konkorrenza qawwija fil-Mosta

Fil-Mosta Technopark, iċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni ntlaqa’ b’parteċipazzjoni kbira hekk kif bosta reħewlha lejn dan iċ-ċentru biex jitlaqqmu mingħajr appuntament.

Dan permezz ta’ klinika li se ddur diversi lokalitajiet u li llum qiegħda stazzjonata fil-Mosta Technopark.

Filfatt, minħabba l-konkorrenza qawwija, iċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni fil-Mosta ser jibqa’ miftuħ waranofsinhar.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter ħabbar li 85% tal-adulti f’pajjiżna tlaqqmu minn tal-inqas l-ewwel doża.

Dan filwaqt li 81% tal-adulti tlaqqmu kompletament.

Apparti l-klinika li se ddur diversi postijiet f’Malta, wieħed jista’ jmur jitlaqqam l-Università bejn it-Tnejn u s-Sibt u f’Għawdex, wieħed jista’ jmur fiċ-ċentru ta’ vaċċinazzjoni fl-Aurora mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

 

ARA WKOLL:

Mil-lum dawk li għadhom ma tlaqqmux jistgħu jaqbdu u jmorru jitlaqqmu mingħajr appuntament

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend