Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel b’laqgħat mal-President tal-Ażerbajġan

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel bħalissa jinsab f’Baku l-Ażerbajġan fejn iltaqa’ mal-President Ilham Aliyev.

Il-Ħadd, Michel sellem lill-vittmi tal-aggressjoni Sovjetika kontra l-Ażerbajġan, hekk kif il-pajjiż din is-sena se jkun qed ifakkar it-30 anniversarju minn mindu sar stat indipendenti.

Qabel il-wasla tiegħu fl-Ażerbajġan, il-President tal-Kunsill Ewropew kien fl-Armenja fejn hemmhekk kellu laqgħat mal-Prim Ministru Armen Nikol Pashinyan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend