Fiequ ħames persuni mill-Covid-19 u feġġew 195 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ ħames persuni mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 195 każ minn fost 3,548 test, biex bħalissa hawn 1,832 każ attiv.

B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,041,418-il test.

Ingħataw ukoll 723,299 doża tal-vaċċin. Minnhom, 383,158 kienu l-ewwel doża u 357,263 persuna huma kompletament imlaqqma.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 18-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Qalu wkoll li mill-206 każijiet irrappurtati lbieraħ, 151 persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.

L-età medja tal-każijiet tas-Sibt kienet ta’ 27 sena.

Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend