Jirreżenja l-PM tal-Libanu wara li falla milli jifforma gvern

Il-Prim Ministru nominat tal-Libanu, Saad Hariri rreżenja wara li falla milli jifforma gvern ġdid f’dawn l-aħħar tmien xhur.

Hariri ħabbar dan wara laqgħa li kellu mal-President tal-pajjiż Michel Aoun.

L-eks Prim Ministru sostna li l-President ried li jsiru xi bidliet fil-ministeri, li skontu kienu neċessarji, iżda Hariri ma qabilx ma dan.

F’intervista, l-eks Prim Ministru saħaq li huwa kien għażel il-ministri skont l-abbiltà u l-għarfien tagħhom, iżda l-President ma kellux l-istess ħsieb. Huwa tenna wkoll li l-problema ewlenija fil-Libanu huwa l-President Aoun, li huwa alleat tal-Hezbollah.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend