“Il-PN mhux kredibbli jitkellem dwar il-pandemija” – Il-PL

“Il-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda kredibbiltà meta jitkellem fuq il-pandemija”. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, fejn spjega kif ta’ kuljum il-COVID team tal-Partit Nazzjonalista joħorġ verżjonijiet totalment opposti, min f’estrem u min f’ieħor.

Il-Partit Laburista żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista jitkellem fuq il-pandemija biss meta jitilgħu n-numri, u qiegħed kontinwament kontra l-pariri tal-esperti tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista ma jridx l-affarijiet jitjiebu tant li fi stqarrija wara oħra jonqos milli jappella biex in-nies jikkonkorru għal vaċċin li hu parti mis-soluzzjoni.

Il-Partit Laburista temm ifisser kif il-Gvern jibqa’ jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iħares is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jilgħab għall-gallarija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend