F’Mejju 25,954 turist iżuru lil pajjiżna

Tul  Mejju 25,954 turist żaru pajjiżna hekk kif qattgħu totall ta’ 283,769 lejl.

Dan ħareġ minn statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif ġie spjegat li b’kollox l-infiq ta’ dawn it-turisti laħħaq il-€21,100,000.

Fil-fatt l-istatistika turi li 20,105 turist żaru pajjiżna għal skop ta’ vaganza filwaqt li 4,126 ġew hawn għal-negozju jew xogħol.

Kważi nofs it-turisti, 46.3% kellhom bejn 25 u 44 sena filwaqt li 27.7% kellhom bejn 45 u 64 sena.

46.1% tat-turisti kollha kienu Franċiżi jew Taljani.

Fil-fatt 6,076 turist ġew minn Franza, 5,895 ġew mill-Italja, 3,824 ġew mill-Ġermanja, mill-Polonja ġew 2,069, minn Spanja ġew 1,023 u mir-Renju Unit ġew 679 turist.

It-tul medju taż-żmien tat-turisti f’pajjiżna kienu ta 10.9 ljieli.

B’kollox 59.7% qattgħu l-iljieli tagħhom fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni filwaqt li 31% qagħdu f’akkomodazzjoni kollettiva.

28.8% qagħdu f’akkomodazzjoni mikrija.

23,556 turist waslu f’Malta permezz tal-ajru filwaqt li 2,398 ġew permezz tal-baħar.

B’kollox 23,000 persuna ġew mill-Unjoni Ewropea bi 19,813 ġew miż-żona Ewro.

2,954 persuna ġew minn barra l-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend