Ruling tal-Ispeaker jiċħad talba tal-Oppożizzjoni dwar l-FATF

L-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia qabel mal-atteġjament tal-Gvern u saħaq li l-aġenda ta’ laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari hija fit-totalità tagħha materja tal-kompetenza tal-Kumitat u għandu jkun il-Kumitat li jiddeċiedi x’għandu jiġi diskuss.

B’hekk ċaħad talba mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, li f’isem l-Oppożizzjoni ried diskussjoni fuq ir-rapport diġà konkluż tal-FATF dwar Malta.

Id-diskussjoni talabha li ssir fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji iżda ċ-Chairman tal-Kumitat, id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef irrefera għal dak li qal il-President tal-FATF Marcus Pleyer, jiġifieri li l-FATF qed toqgħod fuq l-impenn politiku tal-Gvern Malti biex ikompli jirriforma.

Micallef saħaq li t-talba tal-Oppożizzjoni hija kunflinġenti għal dak mitlub minn Malta bħala pajjiż membru tal-FATF.

Saħaq li għalhekk mhux opportun li tiġi diskussa l-materja tal-Oppożizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend