BIL-FILMAT: Spiteri jiżola lil Grech fil-kritika kontra l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kompla jiżola ruħu fil-kritika kontra l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa mħabbra l-ġimgħa l-oħra wara żieda fl-infezzjonijiet bil-Covid-19.

Grech u l-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Covid ħarġu kontra l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa lejn turiżmu sigur, fosthom anki dwar l-għeluq tal-iskejjel tal-Ingliż hekk kif hu magħruf li l-biċċa l-kbira tal-każijiet feġġew minn fost studenti barranin li ġew f’pajjiżna jitgħallmu l-Ingliż.

Iżda imbagħad fil-programm Realtà ta’ Brian Hansford, il-membru tal-istess Kumitat Nazzjonalista tal-Covid u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri ħareġ jgħid il-kontra.

Qal, “Fis-sitwazzjoni preżenti fejn għandna, ħa ngħid hekk, hub ta’ edukazzjoni fejn qed jirreġistra minħabba t-turiżmu edukattiv b’mod sostanzjali każijiet attivi li dawn il-persuni qegħdin ikunu esposti għalihom, jiena iva naqbel illi għandhom jingħalqu sakemm is-sitwazzjoni tersaq lejn in-normalità jew viċin in-normalità li wieħed ikun jista’ jħalli dawn l-iskejjel jerġgħu jiffunzjonaw.”

Il-Kumitat ta’ Bernard Grech dwar il-Covid ħareġ ukoll kontra l-ħtieġa li min jidħol f’pajjiżna jkun imlaqqam, tant li fi stqarrija tal-Kumitat intqal li din hija miżura estrema iżda d-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri mal-ewwel wera li dik mhiex il-pożizzjoni tiegħu.

Fuq ix-xandir nazzjonali huwa tenna pożizzjoni differenti minn dik tal-Kap tiegħu u tal-Kumitat li jifforma fih.

Qal, “Jiena iva nemmen li turist li jiġi ġewwa pajjiżna għandu jippreżenta ċertifikat li huwa fully vaccinated.”

Ma’ Stephen Spiteri hemm il-Viċi Kap Robert Arrigo li qed juru kif l-Oppożizzjoni lanqas għandha pożizzjoni waħda fuq miżuri u deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu waqt pandemija.

Dan ikompli jixhed kif il-Kumitat tal-Covid tal-Partit Nazzjonalista huwa wieħed finta u apparti li ġie żvelat li dan il-Kumitat lanqas jiltaqa’, issa hu magħruf li lanqas jiftiehem.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend