Iż-żgħażagħ Maltin tal-waterpolo jispiċċaw mal-aqwa tlettax fl-Ewropa wara li għelbu lil Franza 

It-tim nazzjonali Malti taż-żgħażagħ tal-waterpolo spiċċa fit-tlettax-il post fil-Kampjonati Ewropej li saru fil-Portugall. 

Dan wara li l-Ġimgħa, iż-żgħażagħ Maltin għelbu t-tim Franċiż bl-iskor ta’ 10-8. 

Din kienet l-ewwel darba li ż-żgħażagħ Maltin lagħbu f’kampjonat daqshekk prestiġjuż. 

Intant, fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela awgura t-tim Malti. 

Dr Abela qal kif dan kien mument storiku għal dan l-isport, hekk kif dan it-tim għeleb lil Franza u lil Ġeorġja. 

Huwa qal ukoll kif il-ġejjieni ta’ dan it-tim Malti jidher li huwa sabiħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend