Ħaddiem isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ travu fuqu

Ħaddiem ta’ 45 sena minn Ħal Luqa sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ travu fuqu.

Il-każ seħħ għall-9 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Farruġ waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend