Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Fgura

Raġel ta’ 41 sena minn Bormla, indarab gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq, flimkien ma’ karozza tal-għamla BMW, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena mill-Furjana.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ dalgħodu, fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma’ Triq San Mikiel.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend