“Qed nerġgħu ngħixu” – Missier pazjenta li tbati bil-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis

“Se ngħixu ħajja ġdida wara li għexna dawn l-aħħar 27 sena b’taqtigħ ta’ qalb”, dan kien kliem Edwin Vella, missier Mandy Vella li tbati mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis.

Mandy, il-familja tagħha u nies oħra bħalhom se jkunu qed jgħixu ħajja aħjar wara li lbieraħ waslet f’Malta il-mediċina li se ttaffi l-uġigħ tal-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis. Din il-mediċina se tkun offruta mill-Gvern, mingħajr ħlas.

Mandy stqarret li hija xi ħaġa sabiħa li tara l-familja kuntenti.

Il-Gvern qal li b’kollox 230,000 persuna qegħdin jgħixu ħajja aħjar permezz tal-mediċina b’xejn, offruti minnu. Sostna li n-numru ta’ mediċini fuq il-formularju tal-Gvern, qed ikompli jikber b’investiment ta’ aktar minn €150 miljun fis-sena.

Ara wkoll:

Waslet f’Malta l-mediċina li se ttaffi l-uġigħ ta’ erbatax-il pazjent bis-cystic fibrosis

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *