L-ibliet ta’ Chania fil-Greċja u Cagliari fl-Italja żdiedu mad-destinazzjonijiet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Dan intqal fi stqarrija mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li ntqal kif dan ifisser li dawn id-destinazzjonijiet jistgħu jintlaħqu permezz ta’ titjira diretta minn Malta għal matul ix-xhur tas-sajf.
Dawn it-titjiriet qed ikunu operati minn Ryanair u dawn bdew wara domanda minn nies hekk kif qed ifittxu detinazzjoni li fiha jistgħu jgawdu btala rilassanti.