Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tat l-premju tal-George Cross lill-ħaddiema tas-saħħa tar-Renju Unit, l-NHS.
F’messaġġ ir-Reġina kitbet li dan il-premju ngħata għall-kuraġġ u d-dedikazzjoni tagħhom għal dawn l-aħħar sebgħin sena.
Dan il-premju ngħata hekk kif it-Tnejn, l-NHS qed tagħlaq it-73 sena mit-twaqqif tagħha.
Dan il-premju kien ingħata lil Malta fl-1942, fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba l-kuraġġ li wera’ l-poplu Malti.