Il-Papa Franġisku jinsab tajjeb wara l-operazzjoni li kellu l-Ħadd.
Dan intqal mill-kelliem għas-Santa Sede, Matteo Bruni.
Huwa qal kif il-Papa Franġisku li għandu 84 sena, kellu din l-operazzjoni fil-musruna l-Ħadd filgħaxija.
Għal din l-operazzjoni kienu involuti tmien tobba, waqt li żewġ tobba tal-Vatikan kienu preżenti wkoll.
Il-Papa Franġisku ddaħħal fl-Isptar Gemelli f’Ruma, hekk kif din l-operazzjoni kienet skedata.
AQRA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/07/04/il-papa-frangisku-jinsab-l-isptar-biex-ikun-operat-fil-musrana/