Dalgħodu, il-komunità tal-Mellieħa qamet b’xokk, hekk kif matul il-lejl seħħ att f’vandalu fuq is-Salib tal-Pellegrini, li jinsab fi Ġnien Pellegrini.
Dan intqal f’kitba fuq il-midja soċjali mis-Sindku tal-Mellieħa, Dario Vella.
Is-Sindku Mellieħi qal kif bħalissa għaddejja ħidma mal-pulizija.
Huwa appella biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddija lill-pulizija.