Priġuniera li kienet għamlet attentat ta’ suwiċidju f’nofs Ġunju mietet fl-Isptar Mater Dei

Fi stqarrija llejla maħruġa mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ntqal kif priġuniera li kienet għamlet attentat ta’ suwiċidju f’nofs Ġunju li għadda, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei fejn hija kienet qed tinżamm għall-kura.

Fl-istqarrija ntqal ukoll kif din il-persuna kienet kontiwament taħt moniteraġġ minn psikjatra, bl-aħħar viżta seħħet ftit jiem qabel pprovat tieħu ħajjitha b’idejha.

Fl-aħħar rapport tiegħu, il-psikjatra rrimarka li l-persuna inkwistjoni bdiet tagħmel progress u ma kienx hemm riskju ta’ suwiċidju.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend