Jitwaqqfu t-tfittxijiet hekk kif mistenni jwaqqgħu l-kumplament tal-binja

It-tfittxijiet għal persuni li jaf għadhom ħajjin mirduma taħt it-tifrik ta’ binja li ġġarrfet f’Miami, waqfu. Dan hekk kif issa hu mistenni li jkomplu jwaqqgħu l-kumplament tal-binja.

Bosta timijiet qed iħejju pjan kif se jwaqqgħu l-kumplament tal-istruttura bl-użu ta’ splussiv.

It-twaqqigħ ta’ dak li fadal mill-binja ġie ppjanat wara tħassib fuq is-sigurtà ta’ dawk li jgħixu fiż-żona hekk kif mistenni maltemp kbir.

Kien fl-24 ta’ Ġunju li parti mill-binja ġġarrfet fejn s’issa nstabu 24 persuna mejta filwaqt li 121 persuna għadhom meqjusa neqsin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend