Il-grupp mużikali Kantera jniedi l-kanzunetta ‘Tliet Kitarri u Mandolina’

Il-grupp mużikali Kantera, li jħaddan l-istil tradizzjonali Malti, nieda t-tieni kanzunetta bl-isem ta’ ‘Tliet Kitarri u Mandolina’, mill-pinna ta’ Alfred C. Sant.

Dan il-grupp, li jifforma minn mużiċisti kemm Maltin kif ukoll Għawdxin, rajnih ukoll fil-Festival Nazzjonali ta’ kanzunetti Maltin, Mużika Mużika, fejn ikklassifikaw fit-tielet post bl-isem ta’ ‘L-ewwel Jien’.

L-għan tagħhom huwa sabiex fl-istess waqt li bil-mużika jżommu kumpanija lin-nies, ikomplu jippreseraw it-tradizzjonijiet Maltin, fosthom il-lingwa, ilbies u anke strumenti mużikali ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend