Żewġ festivals kulturali għall-artisti lokali

Matul ix-xahar ta’ Lulju se jkunu qegħdin jittellgħu l-Malta International Arts Festival u l-Malta Jazz Festival, żewġ festivals li se jagħtu pjaċir lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika u l-kultura

Dan tħabbar waqt konferenza ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala stqarret li l-għan prinċipali ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti huwa li joħroġ iżjed it-talent lokali.

Stivala spjegatilna ftit minn dak li se jkun qed jinvolvi l-Malta International Arts Festival: “Għandna l-‘Mad music and dance’, għandna għada li ħa jibda l-festival bih li huwa ċ-chamber orchestra b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Għandna wkoll xi ħaġa interessanti immens li hija mużiċist idoqq il-‘hurdy-gurdy’ li huwa strument daqsxejn partikolari u għandna wkoll proġett interessanti ħafna li huma l-Barcelona Guitar Trio.”

Stivala stqarret ukoll li f’dan il-festival se naraw ukoll artisti barranin jaqsmu t-talent tagħhom mal-Maltin.

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Norman Hamilton, stqarr li l-minkejja l-pandemija l-ħidma ta’ Festivals Malta baqgħet għaddejja u mhix se tieqaf.

Huwa qal, “Għandna l-Malta International Arts Festival għas-sajf u l-Jazz festival għas-sajf, kellna Mużika Mużika u nista’ nantiċipa wkoll illi Mużika Mużika ġie biex jibqa’. Fil-fatt l-istorja se tkompli u mużika mużika t-tieni edizzjoni se tixxandar fix-xahar ta’ Marzu s-sena d-dieħla.”

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Kultura, José Herrera, tenna li l-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla soda għall-artisti lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend