Għall-PN hemm frejjeġ tajbin u oħrajn ħżiena

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Bernard Grech qed tkompli tkun partiġġjana u issa tattakka u tgħid kontra l-Pjan ta’ Rkupru mill-pandemija, ta’ fondi Ewropej, li tat il-Kummissjoni Ewropea lil Malta.

Dawn il-fondi, li jammontaw għal tliet mija u għoxrin miljun ewro, se jintefqu f’bosta inizjattivi biex jinħolqu l-impjiegi.

Fl-ispjega tiegħu l-Gvern, wara li anki ddiskuta l-Pjan mal-imsieħba soċjali, nofs in-nefqa se tmur għall-ambjent u iżjed minn kwart tal-inizjattivi se jintefqu fil-qasam diġitali iżda għall-Oppożizzjoni dan il-pjan huwa froġa.

Fil-fatt dan stqarru l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament: “U wara tiġu għandna u quddiem pajjiżna bil-froġa lesta.”

Quddiem din id-dikjarazzjoni staqsejna waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq is-suġġett tal-Pjan ta’ Rkupru, lid-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis.

Staqsejnieh kif jaħsibha. Huwa weġibna: “L-ewwel nett hawn frejjeġ li jkunu tajbin u frejjeġ li huma ħżiena.”

Joe Ellis, li ftaħar bi kburija li ffirma l-kwerela li riedet tifa’ l-ħabs lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, sejjaħ il-Pjan ta’ Rkupru hekk.

Dan anki jekk se jkun Pjan b’bosta proġetti ta’ fejda.

Ellis sostna: “Lanqas tista’ ssejjaħlu pjan li ġie ppreżentat.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Nardu l grieg u Ellis jifmu hafna fil frejjeg ghax huma likbar zewg frejjeg li qatt dehra fil politika Maltija

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend