Matul il-ġurnata tal-Ħamis, id-Duka ta’ Cambridge William u d-Duka ta’ Sussex Harry se jkunu qed jinawguraw statwa tal-Prinċipessa ta’ Wales, Diana.
Dan se jkun qed isir fl-okkażjoni tas-sittin sena mit-twelid ta’ Diana.
L-aħwa William u Harry se jkunu qed jidhru flimkien għall-ewwel darba wara l-funeral tad-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Filippu, f’April li għadda.
Din l-istatwa ta’ Diana ġiet ikkummissjonata mill-aħwa lura fl-2017.
Din l-istatwa se tkun fil-Palazz ta’ Kensington.