Minn ritratti li tela’ fuq il-midja soċjali, l-eks plejer ta’ Manchester United, Odion Ighalo jinsab f’Malta.
F’dan ir-ritratt huwa deher f’żona f’San Ġiljan.
Ighalo li huwa Niġerjan jidher li qed iqatta’ l-vaganzi tiegħu f’pajjiżna.
Bħalissa huwa qed jilgħab mat-tim mil-Arabja Sawdija ta’ Al-Shabab.
Bejn Jannar tas-sena l-oħra u Jannar ta’ din is-sena huwa lagħab mat-tim Ingliż ta’ Manchester United.