Il-Qorti Amerikana ma tilqax it-talba ta’ Britney Spears

Imħallef Amerikan ma laqgħax it-talba ta’ Britney Spears biex tneħħi lil missiera mill-irwol tiegħu li jikkontrolla l-finanzi u ħajjet il-kantanta.

L-avukat ta’ Spears għamel talba mal-Qorti ta’ Los Angeles biex itemm il-kontroll ta’ missierha, Jamie Spears lura f’Novembru.

Huma qalu li Spears tibża’ minn missierha u riedet tneħħih minn dan l-irwol, li ilu fiha madwar 13-il sena.

Fil-Qorti Spears saħansitra tkellmet dwar il-kontroll li għandu u kif anke ċaħħadha milli tiżżewweġ lis-sieħeb tagħha u milli jkollha tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend