Fil-jum tal-Erbgħa, il-President ta’ Malta George Vella flimkien ma’ martu ngħaqdu mar-residenti tal-Komunità Santa Marija, li l-Aġenzija Sedqa għandha f’Ħal Farruġ.
Hawnhekk, il-President u martu kielu l-ikla ta’ filgħaxija ma’ dawk li qed jagħmlu programm ta’ kontra d-droga.
F’din iż-żjara, il-President ta’ Malta qal kif f’dan iċ-ċentru, ir-residenti jsibu ħaddiema u professjonisti li jgħinuhom, iżda fakkar kif fl-aħħar mill-aħħar jiddependi għal kollox minnhom infushom biex jirnexxu.
Il-President George Vella qal ukoll lir-residenti li hemm l-għajnuna għal kull min għandu bżonn u jiddependi minnhom li jieħdu din l-għajnuna.