“Il-PN huwa bla viżjoni” – eks kandidat tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech huwa bla viżjoni.

Dan saħqu b’mod ċar George Muscat, li sa ftit ilu kien kandidat Nazzjonalista.

F’intervista mas-sit LovinMalta, il-Kunsillier Qormi, li issa m’għadux jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista, saħaq li l-partit ta’ Bernard Grech lanqas strateġija politika m’għandu.

Meta kien mistoqsi: “X’taħseb, l-opinjoni tiegħek s’issa ta’ Bernard Grech bħala Kap?”

George Muscat qal, “Ara jiena jiddispjaċini ħafna ngħid illi għandna Oppożizzjoni bla viżjoni.“Li jagħmel strateġija politika għax fil-Partit Nazzjonalista m’hemmx.”

Fl-intervista, Muscat żvela wkoll kif il-Partit Nazzjonalista qed jiċċensura l-kandidati tiegħu, hekk kif hu kien kiteb fuq inizjattiva pożittiva dwar il-fast ferry bejn Malta u Għawdex, u s-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Francis Zammit Dimech u l-uffiċjal tal-komunikazzjoni ta’ Bernard Grech, Alessandro Farrugia kellmuh biex ineħħiha.

George Muscat sostna: “Ċempluli mill-partit stess qaluli biex ineħħiħ il-post.”

Meta reġa’ kien mistoqsi: “Bis-serjetà? Muscat tenna: “Iva”

George Muscat fisser ukoll l-intriċċi li jeżistu fil-Partit Nazzjonalista u spjega kif ideat tiegħu, kien hemm min rikeb fuqhom filwaqt li lilu ħbewh u ma kinux jistednuh bħal kandidati oħra fuq il-midja tal-partit, partikolarment fuq it-televiżjoni.

Hawnhekk spjega kif il-partit kien qed iwarrbu: “U dawn il-proposti jibqgħu fuq l-ixkaffa jew inkella jkun hemm xi ħadd li jieħu vantaġġ, rikba minn fuqhom, mill-kollegi stess jiġifieri, jitkellmu fuq dak li proponejt jiena u sħabi u ma ningħatawx iċ-ċans. F’ħafna mid-drabi jiena kont qed niġi mwarrab, lanqas kont qed niġi mistieden għal xi press conferences.”

L-eks kandidat Nazzjonalista fisser kif id-deċiżjoni tiegħu issa ħadha u hija finali, jiġifieri rriżenja għal kollox mill-Partit Nazzjonalista bħala tesserat u mhux biss minn kandidat.

Qal li l-Kap Bernard Grech lanqas indenja jkellmu wara d-deċiżjoni tiegħu: U l-Kap tiegħi ma jċempillix, ma jgħidlix isma’ George x’inhi l-problema, x’inhi d-diffikultà.”

Intant ir-riżenja ta’ George Muscat minn kandidat fuq is-sitt distrett tkompli żżid mal-apatija preżenti fil-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech.

Ftit tal-ġimgħat ilu, Therese Comodini Cachia, dik li sa ftit xhur ilu il-magħżula biex tieħu f’idejha t-tmun tal-Partit Nazzjonalista wara ribelljoni interna ddeċidiet li tagħlaq il-kapitlu fil-Partit Nazzjonalista u ħabbret li mhux se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Kandidata oħra li rtrat mit-tiġrija qabel saħansitra bdiet kienet Tiffany Abela Wadge.

Hija rtirat il-kandidatura tagħha wara li fi spjegat li ħassitha fgatha f’partit deskritt bħala negattiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend