Fl-aħħar jum ta’ Ġunju, għaxar persuni temmew xhur ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u rritornaw lura bħala persuni b’dinjità lejn is-soċjetà.
Din iċ-ċelebrazzjoni ta’ sebat irġiel u tliet nisa saret fil-paroċċa ta’ San Ġiljan.
Waqt din iċ-ċerimonja, id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt qal li s-sena l-oħra ħabbtu l-bieb ta’ Caritas għall-għajnuna madwar 720 persuna dipendenti fuq sustanzi u madwar 457 qarib.