Fl-aħħar għaxar xhur 2,500 ruħ li ma kinux jaħdmu sabu xogħol

Fl-aħħar għaxar xhur, kważi 2,500 persuna qiegħda sabu x-xogħol f’pajjiżna waqt pandemija.

Ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru kif f’Mejju l-qgħad kien kważi 1% inqas mill-istess xahar tas-sena l-oħra.

Statistika tal-Eurostat, li ħarġet fl-istess jum, turi wkoll li hija biss l-Olanda li taqbeż lil Malta fl-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro.

Fil-fatt ir-rata ta’ Malta hija ta’ 3.7%, inqas min-nofs ir-rata ta’ qgħad tal-medja fiż-Żona Ewro.

Skont l-istatistika, Malta u l-Ġermanja għandhom l-istess rata baxxa ta’ qgħad.

Stati membri oħra bħall-Belġju, l-Iżvezja u Ċipru għandhom rati ferm ogħla ta’ qgħad, b’ċertu pajjiżi kważi għandhom it-tripplu ta’ nies ma jaħdmux.
Fil-fatt ir-rata ta’ qgħad fil-Belġju hija ta’ 6.5%, tal-Iżvezja tlaħħaq id-9.1% filwaqt li ta’ Ċipru hija ta’ 9.9%.

B’rabta ma’ dawn iċ-ċifri inkoraġġanti, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif Malta rnexxielha tagħmel l-iktar rkupru mgħaġġel fl-istorja.

Qal kif issa, li pajjiżna anki għandu strateġija għal wara l-pandemija li ħabbar ilbieraħ il-Ministru Owen Bonnici, bħala tim Malta nistgħu nibnu prosperità ġdida.

Il-qgħad ilu jonqos minn Ġunju tas-sena l-oħra, wara li kienet laqtitna l-imxija u issa jinsab kważi fl-istess livell ta’ qabel faqqgħet il-pandemija.

Dan ifisser li f’April li għadda, għall-ħdax-il xahar konsekuttiv naqas il-qgħad.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend