Jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi fin-Naxxar

Ingliż ta’ 58 sena, li joqgħod il-Mellieħa ġarrab ġrieħi gravi, wara li ħabat bil-karozza li kien qed isuq ma’ żewġ karozzi oħra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu, fi Triq is-Salini, in-Naxxar.

Iż-żewġ karozza l-oħra kienu qed jinstaqu minn raġel ta’ 28 sena mill-Mellieħa u raġel ta’ 35 sena min-Naxxar.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Ispatr Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend