BIL-FILMAT: Anzjana tmut wara li kienet qed tgħum f’San Pawl il-Baħar

ONE News jinsab infurmat li anzjana tilfet ħajjtha wara li kienet qed tgħum f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:45am.

Nifhmu li kien hemm min ipprova jagħti l-ewwel għajnuna lill-anzjana li kienet qed tegħreq iżda sfortunatament l-anzjana mietet.

Fuq il-post ONE News innota wkoll li l-katavru tal-anzjana ddaħħal f’boat house u l-ġisem kien jinsab mgħotti.

Ftit tal-ħin wara, karozza tal-pulizija li ġġorr il-mejtin, ħadet il-katavru mill-boat house.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend