Neil Agius ikopri l-ewwel għaxar kilometri tal-għawma lejn Malta f’inqas minn sagħtejn

Hekk kif il-bieraħ l-għawwiem Neil Agius beda l-għawma tiegħu mill-gżira Linosa, li tinsab viċin it-Tuneżija, sa Malta, sat-tmienja tat-Tlieta filgħodu kopra l-ewwel tletin kilometru.

Fil-bidu tal-għawma, huwa kopra l-ewwel għaxar kilometri f’inqas minn sagħtejn, pass li huwa kkunsidrat tajjeb u wieħed mgħaġġel.

Neil kellu lejl li ma kienx wieħed faċli hekk kif il-kurrent b’saħħtu fixkel ftit lil Neil minħabba l-fatt li l-mewġ kienu qed jolqtuh kontinwament minn quddiem kif ukoll mill-ġenb.

Minħabba dan huwa naqqas il-veloċità tiegħu matul il-lejl u qed ibati minn xi ugigħ fl-għaksa tan-naħa tax-xellug.

Minkejja dan, mas-sbieħ il-ġurnata Neil reġa’ qabad b’ritmu mgħaġġel.

Ritratt: Kurt Arrigo

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend