Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ l-fatt li r-Renju Unit poġġiet lil Malta fil-lista l-ħadra

Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet id-deċiżjoni tar-Renju Unit li Malta titpoġġa fil-lista l-ħadra tal-ivvjaġġar.

Il-Kap tat-Taqsima Turistika fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, Alan Arrigo qal li dan huwa żvilupp importanti hekk kif is-suq Ingliż huwa l-aktar suq turistiku importanti għall-pajjiżna.

Żied jgħid ukoll kif ir-Renju Unit qed jirrikonoxxi l-progress li sar f’Malta sabiex tkun ikkontrollata l-imxija.

Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet ukoll il-fatt id-deċiżjoni tal-Gvern li dawk li jiġu mir-Renju Unit lejn pajjiżna jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend