Il-BOV jisħaq li mhux mistennija diffikultajiet kbar wara d-deċiżjoni tal-FATF

Il-Bank of Valletta saħaq li mhux mistenni jaffaċċja diffikultajiet kbar wara d-deċiżjoni tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, li titfa’ lil pajjiżna fi proċedura ta’ iktar moniteraġġ fil-qasam finanzjarju.

Mal-gazzetta The Times, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Rick Hunkin qal li mhux jistenna li jkun hemm diffikultajiet sinifikanti.

Hunkin qal li l-akbar bank f’pajjiżna kien diżappuntat bid-deċiżjoni tal-FATF, dan fil-kuntest li pajjiżna għamel progress kbir fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.

Fil-fatt anki il-MoneyVal innota dan tant li pajjiżna ma nstabx li imqar f’kriterju wieħed mhux konformi kompletament jew parzjalment mar-rakkomandazzjonijiet tal-MoneyVal.

Hunkin qal li l-Bank ikkunsidra u ħejja ruħu għax-xenarju tad-deċiżjoni tal-FATF.

Aċċenna li mit-tħejjijiet li għamel il-Bank, kollox juri li mhux se jkun hemm xi diffikultajiet kbar għall-Bank li jibqa’ jaħdem u jissalvagwardja l-kapital u l-likwidità tiegħu.

Saħaq li l-BOV se jibqa’ jaħdem mas-sħab internazzjonali fosthom anki regolaturi, biex jassigura l-interessi tal-klijenti tiegħu u tas-sidien tal-ishma tal-bank.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend