Notifiki

Tkompli l-kumpilazzjoni tal-Ispettur Taliana mixli li żvela informazzjoni sensittiva lill-Avukati ta’ Fenech

Illum kompliet tinstema’ x-xhieda fil-konfront tal-Ispettur Elton Taliana li allegatament żvela informazzjoni sensittiva lill-Avukati ta’ Yorgen Fenech.

Fix-xhieda tagħha s-Supretendent Graziella Muscat Buhagiar qalet li meta marret id-dar tiegħu flimkien mal-kollega tagħha biex tarresta lil Taliana, l-akkużat deher maħsud meta mistoqsi dwar dokumenti li ħarġu mis-sistema tal-pulizija dwar Julian Hofstra.

Hofstra kien instab ħati fuq frodi u allegatament kellu aktar recordings ta’ Melvin Theuma dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fil-Qorti ntqal li Muscat Buhagiar ma riditx tumilja lil Taliana u ma riditx tagħmel ħafna storbju bl-arrest tal-Ispettur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend