Notifiki

Tindarab gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur fl-Imsida

Franċiża ġarrbet ġrieħi gravi, wara li ħabtet bil-mutur tal-għamla Peugeot Kisbee, li kienet qed isuq flimkien ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Venezuela ta’ 32 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ dalgħodu, fi Triq tal-Qroqq, l-Imsida.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend