Notifiki

Kull min jiġi f’Malta mir-Renju Unit irid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin

Mill-Erbgħa li ġej, kull min jasal mir-Renju Unit irid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin li huwa rikonoxxut mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Dan tħabbar fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ħamis b’reazzjoni li r-Renju Unit poġġa lil Malta fil-lista l-ħadra tal-ivvjaġġar, li se tidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa.

Dan ifisser li dawk li m’għandhomx ċertifikat iridu joqogħdu fi kwarantina.

F’din l-istqarrija ntqal kif dan qed isir biex tkun imħarsa s-saħħa tar-residenti Maltin. B’din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba s-sitwazzjoni tal-każijiet tal-varjanti rrappurtati fir-Renju Unit.

Din il-lista li ġiet aġġornata mill-Gvern Ingliż, flimkien ma’ Malta hemm ukoll il-gżejjer Baleariċi fi Spanja, il-Barbados, Bermuda u l-gżira ta’ Madeira fil-Portugall.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend