Notifiki

‘Iż-żjara f’Malta fuq l-aġenda’- il-Papa Franġisku lill-Ministru għat-Turiżmu

Il-Papa Franġisku qal li ż-żjara tiegħu f’Malta hija fuq l-aġenda. Dan meta l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, stieden lill-Papa biex jagħmel żjara f’Malta wara li din kellha titħassar minħabba l-pandemija.

Il-Ministru Bartolo kien akkumpanjat ukoll mill-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan Frank Zammit. Huwa ppreżenta wkoll ktieb dwar l-attrazzjonijiet reliġjużi f’Malta.

F’intervista separata li ta lil stazzjon televiżiv Taljan, il-Ministru Bartolo tenna l-impenn li t-turiżmu reliġjuż fil-Gżejjer Maltin jissaħħaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend