Notifiki

Ir-Renju Unit se jkun qed jirrevedi l-lista tal-ivvjaġġar

Matul il-jum ir-Renju Unit se jkun qed jirrevedi l-lista tal-ivvjaġġar, wara li bosta sidien tan-negozji fl-ivvjaġġar għamlu talba mal-Gvern Ingliż biex jiżdiedu aktar pajjiżi fuq il-lista l-ħadra.

Il-Ministru għat-Trasport Ingliż se jkun qed jindirizza lill-membri parlamentari tar-Renju Unit dalgħodu, bil-lista riveduta – li qed titħaddem bis-sistema tad-dawl tat-traffiku bħal ta’ Malta – mistennija tkun imħabbra waranofsinhar.

Is-sidien tan-negozji qed jitolbu sabiex persuni li jkunu mlaqqmin kompletament kontra l-COVID-19 u jkunu ġejjin minn pajjiżi li bħalissa jinsabu fuq il-lista oranġjo, ma jkunux oBbligati li joqogħdu fi kwarantina.

Preżentament, l-aktar destinazzjonijiet popolari fost il-Brittaniċi jinsabu fil-lista l-oranġjo u dan qed iħalli impatt negattiv fuq in-negozji tat-turiżmu fl-Ingilterra għaliex kull min jasal minn dawn il-pajjiżi jkollu joqgħod fi kwarantina għal għaxart ijiem filwaqt li jrid jagħmel test.

Sal-lum, il-lista l-ħadra fiha 11-il pajjiż, u kull min jirritorna minn dawn il-pajjiżi ma jkollhomx il-bżonn li jiżolaw irwieħhom, iżda xorta waħda jridu jagħmlu test tal-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend